It-Tlieta, 30 ta’ Ottubru 2007

U.19: Doppjetta ta' l-ex Magri taghti l-ewwel telfa lil Lions

Kellu jkun il-plejer Naxxari misluf lil Msida St.Joseph Glen Magri biex jghati l-ewwel telfa lit-tim ta' Alex Delia. Msida li min naha taghhom prezentaw ruhom bi skwadra ta esperejnza vasta, fejn barra mill-istess Magri, laghbu maghhom ukoll players bhal Adam u Clive Spiteri, kif ukoll il-player ta taht il 21 sena ta' Malta Tyrone Farrugia.

Minkejja dan kollu Naxxar ghamlu l-ewwel taqsima ta vera iljuni u dahlu jistriehu bl-iskor ta 1-0, il gowl uniku jasal min Fabian Debono. Pero f'hames minut ta' black out totali Imsida jirribaltaw kompletament ir-rizultat permezz ta' zewgt goals brillanti tal-ex Magri, b'Tyrone Farrugia jiskurja it-tielet u l-ahhar gowl tal-partita ghal rizultat finali ta' 3-1. Fuq nota negattiva ta min jghid li fl-azzjoni tal-ewwel gowl Misidjan wegga l-gowler Naxxari Alan Zahra, dan ta' l-ahhar ittiehed l-isptar fejn irrizulta li kellu ksur fl-ghaksa. Nawguraw fejqan ta' Malajr lil Alan.

Formazzjoni tal-Lions: Zahra (Attard), Gauci, Cremona, Sammut, Cumbo, Farrugia (Galea), Sant, Micallef, Gatt (Fenech), Debono, Drago.

Aktar kmieni matul il-gimgha, intlghabet ukoll partita ta' Hbiberija fejn Naxxar Lions ghelbu lil Santa Lucija bl-iskor ta' 3-2. Il-gowls tal-Lions jaslu min doppjetta ta' Ancilleri u gowl iehor ta' Chris Farrugia.

It-Tnejn, 22 ta’ Ottubru 2007

Hat-trick ta' Celeste jdawwar telfa f'rebha.

F'loghba ikkaratterizata minn episodji differnti f'kull taqsima. It-tim ta Birzebbgia irnexxielu jikseb ir-raba rebha konsekuttiva fil-kamjonat tat-2 divizjoni, filwaqt li ghan-Naxxar din kienet it-tieni telfa infila f'dan il-kampjonat.

Il-partita kienet wahda vivaci, fejn iz-zewgt nahat kellhom il-mumenti taghhom. Fil-fatt l-ewwel taqsima kienet wahda bilancjata, bil-Lions ikunu aktar perikoluzi permezz ta Bartolo u Naudi. Fl-erbghin minuta loghob pero kienu Naxxar li marru fil-vantagg meta freekick tal-captain Kevin Fenech qarraq lil goalkeeper ta' Birzebbugia u dahal fix-xibka. Minuta wara Naxxar tilfu cans tad-deheb fejn Bartolo gie wicc imbwicc mal-goalkeeper, fejn dan tá' l ahhar patta ghal-izball li ghamel qabel biex salva lis-Saints mit-tieni goal.

Fit-tieni taqsima kien imiss lis-saints li jkunu favur ir-rih, u dawn mil-ewwel approfittaw meta l-attakant veloci Celeste gheleb in-nasba ta l-offisde u gheleb lil Attard ghal gowl ta' draw. Hawnekk il-loghba saret ferm divertenti biz-zewgt nahat jipressaw ghal-gowl, izda kienu Birzebbugia li marru l-ahjar, fejn f'azzjoni simili ghal dik ta qabilha Celeste f''posizzjoni ferm dubbjuza ta offside, skurja il-gowl li pogga lil Birzebbugia fil-vantagg. L-ahhar minuti rat lin-Naxxar jitfghu kollox quddiem biex iggibu il-gowl tad-draw, dan izda sarraf qares, meta l-eroj tal-gurnata Ronnie Celeste ghaqqad il-hattrick personali u tefa lil Birzebbugia f'dellirju ta' ferh. Fi tmiem il-partita id-difensur Naxxari Spiteri Gonzi gie ukoll muri il-karta il-hamra, wara li ircieva it-tieni karta safra.

Naxxar Lions laghbu b din il Formazzjoni :
12. Bjorn Attard
11. Aaron Galea (2. Ryan Farrugia)
7. Jean Pierre Zahra (5. Stephen Mercieca)
4. Matthew Spiteri Gonzi
14. Bernard Farrugia
18. Kevin Fenech [C]
8. Adrian Fenech
6. Gerald Ancilleri
17. Trevor Fenech
9. Kevin Naudi (16. Chris Farrugia)
10. Andy Bartolo

L- Aqwa player naxxarlionsfc.com
Kevin Fenech

Rizultat mill-U-14 Sez.A : Naxxar L. - 0 Sliema W. - 3

Is-Sibt, 20 ta’ Ottubru 2007

Fenech jirritorna ghall-Lions kontra B'Bugia

Il-midfielder ta' esperejnza Trevor Fenech mistenni jirritorna ghat-tim ta' Naxxar Lions fil-loghba ta nhar il-Hadd li gej kontra B'Bugia. Fenech li kien nieqes fil-bidu ta' l-istagunijiet habba ragunijiet personali, mistenni jghat aktar sahha fid-dipartiment tal-midfield tal-Lions.
Fil-fatt ghal din il partita Degorgio se jkollu ghad-disposizzjoni hafna mill-iskwadra, ghall-kuntrarju tat-telfa ta' kontra St. Venera, fejn l-unika zewgt assenti jibqghu il-midfielders laterali Andrea Spiteri u Andrew Catania.
Minkejja dan kollu it-tim ta' Birzebbugia jidher li se jibdew il-loghba bhala favoriti fejn s'issa fit-tieni divizjoni hadu il-punti massimi minn 3 partiti. Minn naha taghhom il-Lions iridu jaghmlu milli jistghu biex ipattu ghat-telfa tal-hadd li ghadda kontra St. Venera.


Il-loghba se tintlghab ghada il-Hadd, 21 ta' Ottubru, Kick Off fid-9.


Illum fl-16.20 it-tim ta' taht l-14 il-sena ghandhom partita ta sezzjoni A kontra Sliema Wanderers li se tintlaghab fil-Luxol Stadium.

Il-Ħamis, 18 ta’ Ottubru 2007

Jurgen Debono jirbah l-Emirates Young Footballers Challenge


Il-player ta taht it-12 il-sena ta' Naxxar Lions rebah il-kompetizzjoni Emirates Young Footballer Challenge . Kompetizzjoni li ghall-ewwel darba giet organizzata mit-tim ta' l-Arsenal u mill-istess linja ta' l-ajru li ghaliha imsemmija il-kompetizzjoni.


Fil-fatt Jurgen intghazel minn zewgt coaches ta l-akkademja ta' Arsenal bhala l-aqwa player tal-kompetizzjoni ta taht il-11 il-sena. Huwa inghata konsenja ta prodotti tal-club popolari Ingliz, filwaqt li Naxxar Lions Youth Nursery inghataw benefitt finanzjarju grazzi ghal dan it-tifel promettenti.


Jurgen kien it-tieni player minn nursery ta' Naxxar li din il-gimgha issemma fl-ahbarijiet wara li aktar kmieni din il-gimgha Ryan Sammut intaghzel biex jaghmel parti mil-kontingent Malti fil-kampjonati ewropej taht is-17 il-sena.


Well Done BOYS

Il-Ħadd, 14 ta’ Ottubru 2007

L-Ewwel Telfa ghall-Lions

Gowl fl-ahhar minuti minn James Galea, kien bizzejjed biex jghati l-ewwel telfa lil tim Naxxari nieqes minn diversi players titulari.

Fil-fatt il-Lions kellna nieqes lil Andrew Catania, Bernard Farrugia, Andrea Spiteri u lil Sean Farrugia, filwaqt li l-attakkant Andy Bartolo beda bhala sostitut peress li ma kienx ghadu fl-aqwa kundizzjoni fizika.

Kienet loghba ikkaratterizata fil-Midfield, fejn aktar ma beda jghaddi il-hin aktar beda jidher li iz-zewgt difizi kienu se jiddominaw fuq l-attakkanti rispettivi. Sfortunatament ghalina pero lejn l-ahhar minuti l-attakkant Vendriz James Galea wara li irkupra ballun mitluf, spara xutt li gheleb lil goalkeeper Bjorn Attard u ta l-ewwel rebha lill-Lightnings kif ukoll l-ewwel telfa lin-Naxxarin.

Ta' min jghid li fl-ewwel taqsima Naxxar Lions laqtu il-lasta min freekick tal-captain Kevin Fenech.

Naxxar Lions laghbu b din il Formazzjoni :
12. Bjorn Attard
2. Ryan Farrugia
10. Stephen Mercieca
4. Matthew Spiteri Gonzi
3. Jonathan Grech ( 7. Jean Pierre Zahra )
11. Aaron Galea
18. Kevin Fenech [C]
8. Adrian Fenech
6. Gerald Ancilleri ( 13. Joseph Cremona )
17. Chris Farrugia ( 16. Andy Bartolo )
9. Kevin Naudi

L- Aqwa player naxxarlionsfc.com
Matthew Spiteri Gonzi

Is-Sibt, 13 ta’ Ottubru 2007

Dubji ghal Degorgio kontra St. Venera



Wara l-ewwel rebha ta' Naxxar is-Sibt li ghadda kontra Mgarr. Naxxar se jaffrontaw lil St. Venera Lightnings fit-tielet gurnata tat-Tieni Divizjoni BOV.

Il-kowc Degorgio, sforunatament se jkollu xi problemi ta injuries li inqalghu lil xi players kemm fil-ahhar loghba kontra l-Imgarr u kemm matul it-tahrig ta din il-gimgha.

Fil-fatt il-players Bernard Farrugia u Andrew Catania li qalghu xi daqqiet kontra l-Imgarr huma ferm dubjuzi. Fil-waqt li Shaun Farrugia u Andrea Spiteri kellom xi problemi f'xi sessjoni ta' tahrig il-gimgha li ghaddiet. Fortunatament ghal Degorgio jirritorna ghad-disposizzjoni l-attakkant Chris Farrugia li kien barra fil-loghba ta l-Imgarr, filwaqt li Andy Bartolo ghadu mhux mija fil-mija.

Ghall-Lightnings din ukoll se tkun it-tielet partita taghhom dan l-istagun, fejn s'issa sofrew zewgt telfiet ma' Melita u ma Birzebbugia rispettivament. Din mhu se taghmila xejn facli ghall-Lions, fejn il-yellows se jaghmlu milli jistghu biex jinqalghu minn qiegh il-klassifika.

Chris Farrugia

Il-loghba se tintlaghab nhar il-Hadd, li gej fl 14 ta' Ottobru fid-disgha ta' filghodu, fis-Centenary Stadium.

FORZA LIONS !!

Il-Ġimgħa, 12 ta’ Ottubru 2007

Ryan Sammut maghzul ghall-mini turnament tal-UEFA U.17


L-attakkant Naxxari li jifforma parti mill-iskwadra Naxxarija ta' taht is-sittax il-sena Ryan Sammut, intghazel ma l-iskwadra finali tat-tim Nazzjonali Malti ta taht is-sbatax il-sena li se jintlghab f'Talinn fl-Estonja.


Malta li jaghmlu parti min Grupp 11 ta` Kwalifikazzjoni se jilghabu mal-istess organizzaturi li huma l-Estonja, kif ukoll ma zewgt qawwiet mondjali, il-Portugal u l-Ingilterra. Ryan ilu ghall-dawn l-ahhar xhur jitharreg ma' l-iskwadra Maltija immexxija mil-coach Oliver Spiteri.


Min hawnekk nawguraw lil dan iz-zghazugh Naxxari biex izomm il-fuq isem Malta, u aktar u aktar isem il-club taghna. Awguri Ryan !!!

It-Tlieta, 9 ta’ Ottubru 2007

Naxxar Lions vs Mgarr United - Sintesi



Grazzi ghall-websajt ta Mgarr United (www.mgarrutd.com), tistghu tidhlu taraw sintesi tal-loghba ta nhar is-Sibt li ghadda li intrebhet minn Naxxar bl-iskor ta' 1-0. Il-gowl ewlieni tal-Lions jasal mid-difensur centrali Matthew SPITERI GONZI f'nofs l-ewwel taqsima.

Aghfas fuq il-link t'hawn taht biex tara l-azzjonijiet importanti tal-partita

http://link.brightcove.com/services/link/bcpid958930578/bclid987744030/bctid1231010858