Is-Sibt, 13 ta’ Ottubru 2007

Dubji ghal Degorgio kontra St. Venera



Wara l-ewwel rebha ta' Naxxar is-Sibt li ghadda kontra Mgarr. Naxxar se jaffrontaw lil St. Venera Lightnings fit-tielet gurnata tat-Tieni Divizjoni BOV.

Il-kowc Degorgio, sforunatament se jkollu xi problemi ta injuries li inqalghu lil xi players kemm fil-ahhar loghba kontra l-Imgarr u kemm matul it-tahrig ta din il-gimgha.

Fil-fatt il-players Bernard Farrugia u Andrew Catania li qalghu xi daqqiet kontra l-Imgarr huma ferm dubjuzi. Fil-waqt li Shaun Farrugia u Andrea Spiteri kellom xi problemi f'xi sessjoni ta' tahrig il-gimgha li ghaddiet. Fortunatament ghal Degorgio jirritorna ghad-disposizzjoni l-attakkant Chris Farrugia li kien barra fil-loghba ta l-Imgarr, filwaqt li Andy Bartolo ghadu mhux mija fil-mija.

Ghall-Lightnings din ukoll se tkun it-tielet partita taghhom dan l-istagun, fejn s'issa sofrew zewgt telfiet ma' Melita u ma Birzebbugia rispettivament. Din mhu se taghmila xejn facli ghall-Lions, fejn il-yellows se jaghmlu milli jistghu biex jinqalghu minn qiegh il-klassifika.

Chris Farrugia

Il-loghba se tintlaghab nhar il-Hadd, li gej fl 14 ta' Ottobru fid-disgha ta' filghodu, fis-Centenary Stadium.

FORZA LIONS !!

No comments: