Is-Sibt, 20 ta’ Ottubru 2007

Fenech jirritorna ghall-Lions kontra B'Bugia

Il-midfielder ta' esperejnza Trevor Fenech mistenni jirritorna ghat-tim ta' Naxxar Lions fil-loghba ta nhar il-Hadd li gej kontra B'Bugia. Fenech li kien nieqes fil-bidu ta' l-istagunijiet habba ragunijiet personali, mistenni jghat aktar sahha fid-dipartiment tal-midfield tal-Lions.
Fil-fatt ghal din il partita Degorgio se jkollu ghad-disposizzjoni hafna mill-iskwadra, ghall-kuntrarju tat-telfa ta' kontra St. Venera, fejn l-unika zewgt assenti jibqghu il-midfielders laterali Andrea Spiteri u Andrew Catania.
Minkejja dan kollu it-tim ta' Birzebbugia jidher li se jibdew il-loghba bhala favoriti fejn s'issa fit-tieni divizjoni hadu il-punti massimi minn 3 partiti. Minn naha taghhom il-Lions iridu jaghmlu milli jistghu biex ipattu ghat-telfa tal-hadd li ghadda kontra St. Venera.


Il-loghba se tintlghab ghada il-Hadd, 21 ta' Ottubru, Kick Off fid-9.


Illum fl-16.20 it-tim ta' taht l-14 il-sena ghandhom partita ta sezzjoni A kontra Sliema Wanderers li se tintlaghab fil-Luxol Stadium.

No comments: