L-Erbgħa, 7 ta’ Novembru 2007

Weekend dizappuntanti ghal Naxxar


Kien weekend li fih Naxxar Lions garrbu xejn inqas min 3 telfiet fi tlett kampjonati differenti.

Il-Gimgha fil-fatt it-tim tal-kbar immexxi minn Michael Degorgio garrab it-tielet telfa konsekuttiva fit-tieni divizjoni. Kien it-tim ta' Melita li kellu l-inizjattiva tul id-90 minuta fejn ghal diversi drabi gew imcahhda mil-goalkeeper zghazugh Naxxari Bjorn Attard, l-akkwist il-gdid Emanuel Cutajar ukoll kellu debutt positiv fil-qalba tad-diviza Naxxarija. Kien biss penalty fl-ahhar skurjat minn Matthew Borg II li ta rebha lil amateurs. Naxxar pero resqu ferm vicin fl-ahhar, meta xutt ta' Trevor Fenech ghadda jhakkek mal-lasta. Ta' min jirrimarka wkoll li fl-azzjoni tal-penalty ta' Melita il-player Naxxari J. Grech inghata il-karta il-hamra wara li zamm b'idu ballun li kien destinat ghal gewwa.

Naxxar Lions laghbu b din il Formazzjoni :

12. Bjorn Attard
15. Aaron Galea
14. Bernard Farrugia
13. Emmanuel Cutajar
3. Jonathan Grech
6. Gerald Ancilleri (2. Stephen Mercieca)
18. Kevin Fenech [C]
17. Trevor Fenech
8. Adrian Fenech
11. Chris Farrugia (7. Andrew Catania)
16. Fabien Debono (10. Andy Bartolo)

L- Aqwa player naxxarlionsfc.com
Bjorn Attard


L-ghada kien imiss lit-tim tal-Minors jilghab il-loghba tieghu. Il-loghba fethet fuq nota intesiva meta wara 3 minuti loghob l-iskor kien diga 1-1, il-gowl tad-draw Naxxar jigi skurjat min penalty moghti min Shawn Farrugia. Ezatt mal-gowls inizjali halba xita qawwija harbtet ir-rendiment tal-partita u kienet ferm difficli ghat-timijiet biex jesprimu il-loghob taghom. Kien lejn l-ahhar tal-partita meta ix-Xlukkajri approfittaw minn zball Naxxari u hadu it-tliet punti.

Formazzjoni tal-Lions: Attard, Gauci (Vella), Cremona, Sammut, Cumbo, Agius, Farrugia, Sant, Micallef, Debono (Fenech), Drago (Bartolo).


Fl-ahhar telfa tal-weekend l-iljunu ta taht l-14 il-sena immexxija mil-coach J. Pullicino, tilfu bi skor rispettabbli ta' 3-2 kontra il-leaders tal-klassifika Paola Hibs, f'loghba mimlija emozzjonijiet min Sezzjoni A. Iz-zewgt goals tal-Lions gew skurjati min Isaac Bezzina u Luca Pullicno.

1 comment:

Anonymous said...

Ejjeew Lions halli f'dan il-weekend nirbhu lil Zurrieq u li t-tim ta l-under 16 nirbhu lil St.Venera. Ghamlu kuragg u good luck.