It-Tnejn, 12 ta’ Novembru 2007

Tlett Punti importanti ghal Naxxar kontra Zurrieq

F`loghba fejn il-protagonisti taghha kienu zewgt penalties, Naxxar Lions kisbu tlett punti kontra Zurrieq, f`loghba kumbattuta f`nofs il-grawnd.

Il-gowl uniku tal-partita wasal minn penalty skurjat mid-difensur centrali Matthew Spiteri Gonzi fit-tieni taqsima. Il-loghba fl-ewwel taqsima kienet kemm xejn kwieta fejn il-loghob svolga l-aktar f'nofs il grawnd. Hekk ukoll deher fit-tieni taqsima sakemm il-midfielder Gerald Ancilleri twaqqa fil-kaxxa minn difensur Zurrieqi. Ir-referee ordna penalty li minnu SPITERI GONZI ma' zbaljax ghat-tieni gowl personali tieghu dan l-istagun.
Mal-gowl ta' Naxxar assistejna ghal assedju minn naha ta' l-iskwadra Zurriqija. Pero id-difiza Naxxarija ikkontrollat ferm tajjeb u ma tatx nifs lill attakanti Zurriqin. Zurrieq pero kienu l-aktar vicin meta inghataw penalty favur taghhom wara tahwida fil-kaxxa Naxxarija. Kellu jkun save stupent tal gowlkiper zghazugh Bjorn Attard li kompla ta it-tlett punti lill-Lions u cahhad liz-Zurrieq minn punt.

Naxxar Lions laghbu b din il Formazzjoni :
12. Bjorn Attard
2. Ryan Farrugia
14. Bernard Farrugia
4. Matthew Spiteri Gonzi
18. Kevin Fenech (C.)
15. Emmanuel Cutajar
6. Gerald Ancilleri (3. Jean Pierre Zahra)
17. Trevor Fenech
8. Adrian Fenech
7. Andrew Catania (11. Chris Farrugia)
9. Kevin Naudi (10. Andy Bartolo)

L- Aqwa player naxxarlionsfc.com
Matthew Spiteri Gonzi


B'kuntrast mal-weekend li ghadda, dan kien weekend ferm posittiv ghal Naxxar Lions. It-tim ta l-Under 16 immexxi mill-kowc George Xuereb kiseb rebha komda kontra it-tim ta' Santa Venera bl-iskor ta' 4-0. Il-gowls tal-Lions jaslu minn doppjetta ta' Ryan Sammut, Mattia Del Negro u Shaun Borg Cardona . Din kienet it-tielet rebha ghat-tim ta' l-Under 16 li biha issa telghy fir-raba post b'2 loghbiet inqas mil-leaders ta' l-istess sezzjoni Qormi.

3 comments:

Anonymous said...

Ejja reds

Anonymous said...

I wish not concur on it. I assume precise post. Particularly the designation attracted me to study the unscathed story.

Anonymous said...

Genial post and this post helped me alot in my college assignement. Gratefulness you for your information.